Mara ta’ 29 sena, dalgħodu għal xi t-8:00 a.m, kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei għax kienet involuta f’inċident bil-mutur fi Triq in-Naxxar, San Ġwann.
Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li l-mara, li toqgħod il-Gżira, kienet qiegħda ssuq mutur PGO Ligero, tilfet il-kontroll u waqgħet.
Aktar tard, hi ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.