Mara ta’ 31 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex, weġġgħet gravi wara li tilfet il-kontroll tal-karozza u nqalbet.
L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-11.30p.m. fi Triq l-Għarb ġewwa l-Għarb, Għawdex.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa.
Aktar tard, hi ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.