Saturday, December 21, 2024

Tindarab gravi wara li ntlaqtet minn karozza

Aqra wkoll

Mara ta’ 63 sena residenti Ħal Qormi sofriet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza.

L-inċident seħħ illum għall-ħabta ta’ 12.00p.m., fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li l-mara ntlaqtet minn Citroen Berlingo, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 71 sena residenti l-Ħamrun. 

Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard kienet iċċertifikata bi ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport