Mara ta’ 31 sena residenti San Pawl il-Baħar weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn karozza.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta ta’ 11.50a.m. fi Triq Mannarinu, Birkirkara.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-mara ntlaqtet minn Kia Picanto li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 84 sena residenti Tas-Sliema.
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.