Friday, September 13, 2024

Tindarab gravi wara li ntlaqtet minn karozza fil-Mellieħa

Aqra wkoll

Mara ta’ 27 sena weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 33 sena residenti San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-7.30p.m. fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa.

Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li ħa lill-mara l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport