Ilbieraħ, għall-ħabta ta’ 12.00p.m. il-Pulizija ġiet infurmata li persuna kienet sofriet xi ġrieħi f’kumpless fi Triq Ħal Luqa, Ħal Luqa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li għal xi raġuni, vettura tal-għamla Volkswagen Golf li kienet ipparkjata, mxiet minn postha u laqtet mara ta’ 28 sena residenti l-Imġarr.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.