Monday, December 23, 2024

Tindarab gravi wara li ntlaqtet minn vettura fil-Fgura

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mara sofriet ġrieħi wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-11:00 a.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq San Tumas fil-Fgura.

Minn investigazzjoni li saru rriżulta li mara ta’ 62 sena residenti Marsaskala, weġġgħet wara li ntlaqtet minn karozza Peugeot, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 26 sena residenti Ħal Qormi.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġiet iċċertifikata li sofriet minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport