Mara ndarbet gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-8:20 a.m kienet involuta f’inċident stradali li seħħ fi Triq il-Kultellaz fil-Mosta.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-mara; ta’ 38 sena mir-Renju Unit residenti l-Mosta, kienet waqgħet bir-rota u sofriet xi ġrieħi.
Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assista lill-mara sakemm setgħet tittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.