Mara ndarbet gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-10:00p.m kienet involuta f’inċident li seħħ fi Triq l-Isqof F.S Caruana fl-Imsida.
Minn stħarriġ illi sar rriżulta li mara ta’ 26 sena kienet waqgħet minn tieqa u ġiet f’bitħa.
Fil-post ġiet imsejħa ambulanza u tim mediku li assistew lill-mara sakemm setgħet tittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.