Is-sewwieqa huma mitluba jevitaw Triq in-Naxxar, Birkirkara, direzzjoni lejn il-Mosta, għax it-triq tinstab temporanjament magħluqa minħabba inċident tat-traffiku.
Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li persuna ta’ 72 sena għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha u nqalbet fuq il-ġenb.
Hija ngħatat l-ewwel għajnuna fil-post u aktar tard ġiet iċċertifikata li sofriet minn ġrieħi ħfief.