Ftit wara t-tokki ta’ nofsillejl, wara ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel tas-Sena, issokta t-tindif f’diversi lokalitajiet madwar Malta, fosthom fil-Belt Valletta.
Il-ħaddiema ta’ Clean Malta, mid-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manuntenzjoni, kienu impenjati f’ħidma biex inaddfu t-toroq ewlenin tal-Kapitali u għamlu dan anke waqt li kienet nieżla x-xita tul il-lejl.
Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Indafa Pubblika Glenn Bedingfield żar lil dawn il-ħaddiema u rringrazzjahom tal-ħidma tagħhom biex il-Belt Kapitali tinżamm nadifa.


