Friday, February 20, 2026

Tinfetaħ investigazzjoni dwar pantera li dehret taqa’ minn gallarija f’Bormla

Aqra wkoll

Dan is-sit, ilbieraħ filgħaxija tella’ filmat li fih kien juri pantera taqa’ minn gallerija fi Triq Dom Mintoff b’Bormla u taħrab lejn toroq oħrajn.

Kieku eluf kbar li raw dan il-filmat, u anke kien hemm min ħaseb li dan kien kollu moħluq minn AI.

Iżda dalgħodu l-Kummissarju tal-Annimali Fleur Abela u l-Korp tal-Pulizija kkonfermaw ma’ tvmnews.mt li bdiet investigazzjoni dwar dan l-annimal eżotiku.

L-għaqda Vuċi għall-Annimali qalet li hija infurmata li l-annimal għandu bejn erba’ u sitt xhur u li x’aktarx indarab meta waqa’ mill-gallarija. Skont l-istess għaqda, l-annimal inqabad minn sidu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport