Wednesday, April 24, 2024

Tinfetaħ ix-Shadow Colour Pavilion

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera fetaħ uffiċjalment ix-Shadow  Colour Pavilion fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta. Din l-inizjattiva ser tkun miftuħa għall-pubbliku  bejn illum u għada u ġiet imtellgħa mill-MICAS, f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Valletta Cultural  Agency u ma’ Esplora. Ix-Shadow Colour Pavilion hija esperjenza sensorjali immersiva li toffri lill 

viżitaturi l-opportunità għal impenn kreattiv permezz tal-logħob u tad-divertiment. 

“Kuntent ferm nara l-kollaborazzjoni li qed issir bejn l-entitajiet pubbliċi sabiex jiġu organizzati  attivitajiet ta’ dan it-tip. Permezz ta’ din l-inizjattiva qed nesperjenzaw id-djalogu li jeżisti bejn ix xjenza u l-arti. L-arti u x-xjenza huma dixxiplini li jixprunaw il-kultura u s-soċjetà tagħna, u  għandhom impatt pożittiv fuq is-saħħa u l-benesseri tagħna,” sostna l-Ministru Herrera. “Qed naħdmu  sabiex niżguraw li kulħadd ikollu l-opportunità sabiex jesperjenza u jgawdi l-kultura billi qed  inkomplu nżidu l-aċċess għall-kultura u nwessgħu l-parteċipazzjoni kulturali.” 

Ix-Shadow Colour Pavilion juża kulur tad-dawl pur biex il-viżitaturi jidħlu għal esperjenza ta’  stimulazzjoni viżiva hekk kif jesploraw il-perċezzjoni tal-kulur, id-dawl, id-dell u l-ispazju. Il viżitaturi ta’ kull età huma mistiedna jipparteċipaw b’mod attiv u jesploraw il-kreattività tagħhom  billi jimxu fi ħdan il-paviljun u jiġġeneraw diversi dellijiet kuluriti. Dan l-avveniment ta’ jumejn se  jiġi ffaċilitat mill-komunikaturi tal-MICAS u tal-Esplora li se jiggwidaw lill-viżitaturi hekk kif  jiskopru aktar dwar id-dawl, il-kulur u d-dell. 

Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mill-10:00 sat-15:00 u mill-17:00 sal-22:00. Id-dħul huwa b’xejn, imma  permezz ta’ booking biss. Iċ-ċertifikat tat-tilqim kontra l-COVID-19 irid jiġi ppreżentat mad-dħul.  Tfal ta’ ’l fuq minn 12-il sena għandhom ikunu mlaqqma biex jidħlu. Tfal taħt it-12-il sena jeħtieġ li  jkunu akkumpanjati minn kustodju mlaqqam. Il-maskri tal-wiċċ għandhom jintlibsu matul l 

avveniment kollu. Il-booking jista’ jsir fuq https://www.visitmalta.com/en/events-in-malta-and gozo/event/shadow-colour-pavilion-2021/

Sport