Saturday, December 14, 2024

Tinġabar is-somma sabiħa ta’ €1,000 b’risq Puttinu Cares waqt il-Pellegrinaġġ tal-Muturi f’Santa Marija

Aqra wkoll

Il-Parroċċi ta’ Ħad-Dingli u tal-Imġarr irnexxielhom jiġbru s-somma sabiħa ta’ €1,000 waqt il-Pellegrinaġġ tal-Muturi f’Santa Marija. Kienet Puttinu Cares li ħabbret dan fuq il-paġna ta’ Facebook, fejn irringrazzjat liż-żewġ parroċċi.

Dakinhar is-sewwieqa nġabru fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tal-Imġarr, bil-pellegrinaġġ jibda għall-ħabta għall-ħabta tal-10.00 a.m.

Minn hemm imbagħad irħewlha lejn Ħad-Dingli fejn mal-wasla ħdejn il-Knisja Arċipretali sar it-tberik tal-muturi u s-sewwieqa ngħataw ukoll tifkira tal-okkażjoni.

Din id-donazzjoni se tkun qiegħdatgħin fit-twettieq ta’ proġett kbir fiċ-ċentru ta’ Londra li se joffri akkomodazzjoni għal pazjenti Maltin u l-qraba tagħhom.

Ekonomija

Sport