Hekk kif fi-15 ta’ Lulju ġie organizzata Sports Fest, fejn fiha ġiet imfakkra l-memorja tat-tat-tabib Dr Victor Calvagna, ġew organizzati diversi attivitajiet fosthom ġirja ta’ żewġ kilometri għat-tfal ta’ taħt is-16-il sena u ġirja ta’ ħames kilometri għall-adulti.
Kull min ħa sehem f’din it-tiġrija kien mitlub sabiex jagħti donazzjoni ċkejkna lil Puttinu Cares. Fuq il-paġna tal-midja soċjali, Puttinu Cares ħabbar li d-donazzjonijiet li n-nies taw waqt dan l-avveniment tela’ għas-somma sabiħa ta’ €884.
Fl-istess messaġġ Puttinu Cares irringrazzja lil kull min ta’ donazzjoni.