Mildred Azzopardi, il-mara ta’ 62 sena residenti l-Ħamrun li titlef ħajjitha wara li nqabdet bejn żewġ vetturi fil-Belt Valletta bħalissa qiegħda tingħata l-aħħar tislima fil-Knisja tal San Publiju fil-Furjana.
Kienu l-familjari li ħabbru d-dettalji tal-funeral fejn anke talbu lil dawk kollha li se jattendu biex ma jilbsux ilbies b’kulur iswed iżda, ħwejjeġ bil-kuluri turqouise jew oranġjo, il-kuluri favoriti tagħha.