Thursday, December 26, 2024

Tinħeles mill-ħabs wara 43 sena wara li ġie kkonfermat li ma wettqitx delitt

Aqra wkoll

Mara mill-Istati Uniti u li lura għall-1980 meta kellha biss 20 sena inbagħtet il-ħabs fuq delitt, inħelset mill-ħabs 43 sena wara. Dan hekk kif ġie ikkonfermat li hi ma kinitx wettqet dan id-delitt.

Il-Qorti tal-Istati kien ikkundanna lil Sandra Hemme għomor il-ħabs fuq il-qtil ta’ Patricia Jeschke fl-istat ta’ Missouri.

Wara li nqatgħet is-sentenza, bosta kienu dawk li tkellmu fuq is-sentenza li ingħatat. Dawn kienu jinkludu grupp ta’ attivisti u avukati li tennew li ma kienx hemm evidenza biżżejjed li Sandra wettqet id-delitt
Mill-Qorti, ġie konkluż li l-Prosekuzzjoni naqset milli tipprovdi informazzjoni lid-Difiża. Dan minbarra li l-awtoritajiet injoraw evidenza oħra li indikat li persuni oħra setgħu wettqu d-delitt.

Ekonomija

Sport