Saturday, October 26, 2024

Tinħoloq kuxjenza dwar il-periklu tas-sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol

Aqra wkoll

MAPFRE Malta qed tikkollabora mal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali fl-isforzi tagħhom biex iqajmu kuxjenza dwar l-importanza ta’ responsabiltà waqt is-sewqan. Bħala parti minn din il-kampanja ġew imqassma aktar minn 1,000 sunshield bil-messaġġ Don’t Drink and Drive (tixrobx u ssuq). Din il-kampanja kienet żviluppata wkoll fuq il-midja soċjali biex jkompli jinxtered dan il-messaġġ.

L-Aġenzija Sedqa toffri numru kbir ta’ servizzi relatati ma’ prevenzjoni, servizzi fil-komunità, bħal servizzi ta’ riabilitazzjoni residenzjali, servizzi terapewtiċi u servizzi mediċi. L-Aġenzija Sedqa tikkollabora wkoll ma’ istituzzjonijiet oħra biex toffri l-aħjar kura possibbli filwaqt li tiżgura li tilħaq persuni fil-bżonn tal-għajnuna kull fejn ikunu.

Boris Curmi, Uffiċjal Kummerċjali Ewlieni ta’ MAPFRE qal li l-kumpanija hija impenjata li tkompli toffri l-aħjar servizzi possibbli lill-klijenti tagħha, f’konformità mar-responsabbiltà Korporattiva Soċjali tagħha, u tistinka biex toħloq ambjent aħjar u aktar sigur. “Aħna nemmnu li valuri etiċi b’saħħithom huma fundamentali għan-negozju tagħna u jiffurmaw il-pedament tal-kultura korporattiva tagħna,” temm jgħid.

Sport