Friday, August 15, 2025

Tinqabad b’mas-70 qartas droga fil-bra

Aqra wkoll

Mara Maltija ta’ 47 sena li isimha ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti ġiet akkużata bi traffikar tad-droga.

Fil-Qorti ntqal li l-mara ġiet arrestata wara li nħareġ mandat ta’ arrest. Il-Pulizija għamlu tfittxija fl-appartament tagħha f’San Pawl il-Baħar wara li kien hemm suspett li l-mara kienet qiegħda titraffika d-droga.

Il-Prosekuzzjoni qalet fil-Qorti li l-imputata kellha mas-70 qartas ta’ droga eroina u kokaina kollha moħbija fil-bra li kienet liebsa. 

Hekk kif ġiet arrestata hija nformat lill-Pulizija li fl-appartament ma kienu se jsibu xejn, iżda t-tfittxija saret xorta waħda.

Waqt li kienet qiegħda tiġi interrogata, l-imputata talbet biex tingħata għajnuna medika u kien għalhekk li ttieħdet l-Isptar Mater Dei minn fejn ġiet irrilaxxara l-Ħamis filgħodu ftit sigħat qabel ma tressqet il-Qorti.

Il-mara wieġbet mhux ħatja tal-akkużi kontrija. Id-difiża għamlet talba lill-Qorti biex l-imputata tittieħed fit-Taqsima Forensika fl-Isptar Monte Karmeli, liema talba ġiet milqugħa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport