Monday, December 23, 2024

Tinqatel l-atleta Kenjana, Agnes Tirop, holder tar-rekord tad-dinja fl-10,000m

Aqra wkoll

Il-holder tar-rekord tad-dinja, il-Kenjan Agnes Tirop instabet maqtula b’sikkina f’darha fil-belt tal-punent ta’ Iten, bil-pulizija tittratta lil żewġha bħala suspettat.

Tirop, rebħet darbtejn il-midalja tal-bronż fil-kampjonati dinjija tal-Atletika .. u  spiċċat r-raba’ fil-finali Olimpika tal-5,000 metru, xahrejn ilu.

Ix-xahar li għadda, Tirop stabbilixxiet r-rekord dinji fl-10,000 metru li saret fil-Ġermanja. 

Issa għaddejja investigazzjoni kriminali dwar il-mewt tagħha, bil-pulizija tgħid li żewġha sparixxa.

Nhar l-Erbgħa, investigaturi fix-xena tad-delitt kienu fid-dar ta’ Tirop, hekk kif il-pulizija qed tgħid li kienet irrappurtata nieqsa minn missierha nhar it-Tlieta filgħaxija.

“Meta l-pulizija daħlu fid-dar, sabu lil Tirop fuq is-sodda u kien hemm għadira demm fl-art,” qal Tom Makori, kap tal-pulizija għaż-żona.

“Hu mifhum li kienet ingħatat daqqiet ta‘ sikkina f’għonqha, u dan wassalna biex nemmnu li kienet ferita ta’ sikkina, u aħna nemmnu li huwa dak li kkawżalha l-mewt.

“Ir-raġel tagħha għadu liberu, u l-investigazzjonijiet preliminari jgħidulna li żewġha huwa suspettat għax ma jistax jinstab. Il-pulizija qed jippruvaw isibu lil żewġha sabiex ikun jista ‘jispjega x’ġara lil Tirop.”

Makori żied li l-pulizija jemmnu li s-CCTV fid-dar jista’ jkun li jista’ jgħin fl-investigazzjoni tagħhom.

Ekonomija

Sport