Fl-Iżvizzera fl-aħħar jiem instabet dik li qed titqies bħala “arma aljena” li tmur lura 3000 sena. Din instabet waqt riċerka li kienet qiegħda ssir mill-Università ta’ Bern f’sit ta’ Żmien il-Bronż fil-belt ta’ Mörigen.
Ix-xjenzati li qegħdin jeżaminaw din l-iskoperta qalu li l-materjal li biha hija magħmula din l-arma mhux normali li jinstab fid-dinja. S’issa jidher li din l-arma hija magħmula minn materjal li normalment jinstab f’meteoriti. Iżda t-tħassib kompla jikber li minn kemm ilha tinżamm ir-riċerka meteorites ta’ dan it-tip 3 darbiet biss instabu fid-dinja. Waħda kienet instabet fir-Repubblika Ċeka, l-oħra fi Spanja u t-tielet waħda kienet instabet l-Estonja.
Għall-ewwel ix-xjenzati u r-riċekaturi ħasbu li din l-arma saret minn meteorita li kienet waqgħet fl-Iżvizzera madwar 160,000 sena ilu, iżda wara aktar riċerka sabu li l-istess arma hija ferm aktar riċenti.
Ix-xjenzati Żvizzeri se jkunu qegħdin ikomplu bl-istudji tagħhom biex jiġi determinat eżattament in-nies ta’ 3000 sena ilu minn fejn ġabu l-materjal biex għamlu din l-arma.