Wednesday, April 24, 2024

Tinstab Arsema, it-tifla li kienet inħatfet mill-omm bijoloġika

Aqra wkoll

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, l-Familja u d Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon ħabbar li t-tifla li kienet inħatfet mill-omm bijoloġika tagħha nstabet  u tinsab fil-kura tal-awtoritajiet Ingliżi.  

Il-Ministru Falzon tenna li matul il-ġimgħa d-dieħla se jissoktaw il-proċeduri legali biex it-tifla  tinġieb lura Malta, filwaqt li faħħar il-ħidma ta’ dawk kollha li ħadmu biex waslet din il-ġurnata.  

Il-Ministru Falzon qal ukoll li dawn huma każijiet umani u ħadd m’għandu jużahom biex jiskorja  punti politiċi. 

Id-dinja llum qed tiċċelebra il-Jum Dinji għat-Tfal, ġurnata b’sinjifikat qawwi u li timmarka l importanza biex kull tifel u tifla jingħataw l-aqwa trobbija possibbli u aċċess għall-edukazzjoni u  għas-saħħa. Il-maġġoranza tat-tfal f’Malta jitrabbew u jgħixu mal-familja bijoloġika tagħhom, iżda  jeżistu wkoll istanzi fejn it-tfal jinsabu taħt il-kura tal-Istat.  

Proprju f’din il-ġurnata, il-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet  tat-Tfal ħareġ b’inizjattiva biex joħloq sistema fejn it-tfal taħt il-kura tal-Istat ikollhom aktar għarfien  u aċċess għall-oriġini tagħhom, kif ukoll għajnuna emozzjonali ħalli jgħixu l-ewwel snin ta’ ħajjithom  bl-aktar mod normali. 

Il-Ministru Michael Falzon qal li d-Direttorat għall-Ħarsien tat-Tfal, fi ħdan il-Fondazzjoni għas Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), se jkun qed jippromwovi l-idea ta’ life story book biex dawn it tfal jibnu huma stess sekwenza tal-ewwel esperjenzi f’ħajjithom. Dan bil-għan li jiġu indirizzati  sitwazzjonijiet fejn ikun hemm nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-oriġini tal-familja bijoloġika  tagħhom kif ukoll l-ewwel esperjenzi fil-ħajja tat-tfal. 

L-idea ta’ life story book għandha l-għan li b’mod gradwali tibni stampa tat-tfulija ta’ dawn il-minuri filwaqt li tagħtihom aktar possibbiltà għal informazzjoni dwar l-identità tagħhom. 

Dan il-life story book huwa mmirat biex ikun ta’ sors utli għall-foster carers, għas-social workers u  anke għall-ġenituri adottivi sabiex iservi ta’ gwida għalihom.

Il-Ministru Michael Falzon qal li l-punt ċentrali huwa li nisimgħu u nifhmu lit-tfal waqt li jħallu r rekordji tagħhom f’dan il-ktieb. Dan filwaqt li naraw u nħeġġu lit-tfal jinterpretaw huma stess l-iktar  avvenimenti importanti f’ħajjithom. 

Dan l-istorybook se jkun qed jinkludi suġġetti importanti relatati mal-ħajja tat-tfal bħal: 

• Id-drittijiet u d-doveri tat-tfal 

• X’jifhmu t-tfal bit-terminu ‘alternative care’ 

• Id-delizzji favoriti tagħhom 

• Ritratti mal-familja jew fir-residenza li qed jgħixu 

• Ritratti u memorji tal-familja bijoloġika tagħhom 

• Dubji u feedback pożittiv dwar il-membri tal-familji tagħhom fost l-oħrajn

Sport