Saturday, December 28, 2024

Tinstab it-tarbija ta’ tliet xhur li nħatfet f’Kalifornja

Aqra wkoll

Il-pulizija sabu tarbija ta’ tliet xhur li kienet maħtufa minn appartament waqt li nannitha kienet qed toħroġ ix-xirja mill-karozza. Is-sejba tat-tarbija — Brandon Cuellar — saret ilbieraħ.

It-tarbija ttieħdet l-isptar għal xi testijiet bħala proċedura ta’ prekawzjoni.

Wieħed mill-pulizija minn dawk involuti f’din l-investigazzjoni, ilbieraħ ħabbar li qed tinżamm mara fil-kustodja tagħhom. Dan wara li dakinhar tal-inċident kienet maħtufa mill-istess raġel li wettaq ir-reat u meta nħelset mill-aggressur ma kinitx konsistenti fl-istqarrija li tat lill-pulizija.

Bħalissa hemm tliet persuni arrestati b’suspett ma’ dan il-każ u għadu mhux magħruf jekk din l-istess mara hix waħda minnhom.

Is-suspettat x’aktarx li huwa ta’ nazzjonalità Spanjola u kien liebes qalziet iswed, flokk blu skur, żarbun griż, kellu beritta griża fuq rasu u maskla sewda ma’ wiċċu.

Il-pulizija jinsabu għaddejjin bi tfittxija sabiex jinqabad ir-raġel li wettaq dan ir-reat it-Tnejn li għadda waranofsinhar, fi Triq San Jose, Kalifornja.

Ekonomija

Sport