Il-Pulizija tixtieq tavża lill-pubbliku li Sharona Grima, it-tifla ta’ 12-il sena ġiet rappurtata nieqsa l-ġimgħa l-oħra, instabet qawwija u sħiħa.
Il-Pulizija tixtieq tirringrazzja lill-pubbliku tal-għajnuna tiegħu sabiex it-tifla tinstab.
Fi stqarrija maħruġa mill-Pulizija f’forma ta’ appell kien intqal li hija dehret l-aħħar fl-akkwati tax-Xagħra, Għawdex, nhar it-22 ta’ Ġunju, 2022.