Sunday, November 3, 2024

Tinstab ras ta’ statwa li għandha madwar 4,500 sena

Aqra wkoll

Bidwi Palestinjan li kien qed jaħdem l-art li għandu f’Gaza, sab ir-ras tal-istatwa ta’ Anat — l-alla  Kangħanina, u huwa stmat li din l-istatwa għandha madwar 4,500 sena.

Il-bidwi, Nidal Abu Eid, ammetta li l-ewwel stint li kellu kien li jbiddel din ir-ras fi flus: “Għall-ewwel, xtaqt inbigħha lil xi ħadd biex naqla’ xi ħaġa tal-flus, imma mbagħad kien hemm arkeologu li qalli li r-ras tal-istatwa għandha valur arkeoloġiku kbir”.

Membri fi ħdan il-Ministeru tat-Turiżmu u l-Antikitajiet ikkonkludew li r-ras kienet tappartjeni għall-istatwa ta’ Anat — li fil-mitoloġija Kangħanina, Anat hija l-alla tal-imħabba, is-sbuħija u l-gwerra. Ir-ras tal-istatwa nstabet f’Sheikh Hamouda, f’Khan Younis. Dan iddikjarah id-Direttur tal-Ministeru tat-Turiżmu u l-Antikitajiet, Jamal Abu Rida, waqt konferenza stampa. 

Il-Kangħanin kienu razza ta’ nies pagani li skont il-Bibbja kienu jgħixu f’Ġerusalemm u f’partijiet oħra tal-Lvant Nofsani qabel ma beda l-monoteiżmu — it-twemmin f’Alla wieħed.

Uffiċjal tal-Ministeru, Nariman Khaleh, ħabbar li fil-ġranet li ġejjjin, l-istatwa se tkun disponibbli għall-wiri fil-Mużew tal-Palazz ta’ Pasha f’Gaza.

Sport