Saturday, December 21, 2024

Tinstab residenza alternattiva għar-residenti anzjani f’Apap Institute

Aqra wkoll

It-30 resident anzjan fid-dar residenzjali Apap Institute f’Santa Venera se jiġu rilokati f’dar oħra għall-anzjani f’Buġibba. Dan wara li s-Sorijiet Dumnikani, li jieħdu ħsieb l-amministrazzjoni ta’ din id-dar, ħadu d-deċiżjoni li ma jistgħux ikomplu aktar bil-missjoni tagħhom mal-anzjani, minħabba l-età tas-sorijiet, in-nuqqas ta’ vokazzjonijiet u riżorsi sabiex jitranġa l-bini li għandu 80 sena.

Is-Sorijiet se jibqgħu joffru kura lill-anzjani sal-aħħar tas-sena.

Is-Segretarjat għall-Anzjanità Attiva għarraf lir-residenti u qrabathom li xorta jistgħu japplikaw biex jiġu trasferiti f’dar residenzjali oħra.

Il-ħaddiema ta’ Apap Institute nstabilhom ukoll impjieg alternattiv fi djar oħra għall-kura residenzjali.

Minkejja li Apap Institute ma jagħmilx parti mid-djar għall-anzjani li tmexxi l-Arċidjoċesi, għaliex jaqa’ taħt it-tmexxija tal-Ordni Dumnikan, l-Arċidjoċesi għenet kemm setgħet sabiex tinstab alternattiva għar-residenti anzjani.

Ekonomija

Sport