Tuesday, May 6, 2025

Tintemm ir-‘relazzjoni ħażina’ ta’ Harry Kane mal-unuri

Aqra wkoll

Ilbieraħ sebaħ jum ġdid iżda għall-attakkant internazzjonali Ingliż kien hemm tbissima liema bħalha hekk kif sa fl-aħħar rebaħ l-ewwel unur f’karriera professjonali ta’ aktar minn 10 snin. Fil-fatt hu qatt ma kien għolla trofew fil-karriera tiegħu sa dan l-istaġun. Il-ħmar il-lejl intemm wara nofsinhar meta, grazzi għad-draw ta’ 2-2 bejn Freiburg u Bayer Leverkusen, waslet iċ-ċertezza matematika tar-rebħ tal-Bundesliga bil-flokk ta’ Bayern Munich.

Ir-relazzjoni mnikkta ta’ Kane mat-tazzi bdiet f’Tottenham, fejn irritorna fl-istaġun 2013/14 wara perjodi ta’ self ma’ Millwall, Norwich u Leicester. Ma’ Spurs huwa stabbilixxa ruħu bħala attakkant internazzjonali, li wassal lit-tim minn Londra biex jikkompetu għall-ogħla tragwardi bil-gowls tiegħu. Madankollu, minkejja 280 gowl f’435 partita, dawn l-għanijiet qatt ma ntlaħqu. B’Kane fil-qalba tal-attakk, Tottenham laħqu l-podju tal-Premier League spiċċaw tliet darbiet fit-tieni post, tilfu żewġ finali tal-League Cup u fuq kollox il-finali taċ-Champions League 2018/19 kontra Liverpool.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport