Sunday, December 22, 2024

Tintemm l-avventura Ewropea għal Hibernians

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Hibernians…………….1

RFS Riga……………….3

Tintemm l-avventrua Ewropea ta’ Hibernians meta fit-tieni leg tat-tielet round ta’ kwalikazzjoni għall-UEFA Europa Conference League huma sfaw megħluba mil-Latvjani ta’ RFS Riga bl-iskor ta’ 3-1.

Dan wara li fl-ewwel leg li ntlagħab fil-Latvja matul il-ġimgħa li għaddiet, l-iskor finali bejn iż-żewġ timijiet kien dak ta’ 1-0, u għalhekk RFS Riga kisbu l-passaġġ għall-play-off ta’ din il-kompetizzjoni bi skor aggregate ta’ 4-2.

Ta’ nota huwa l-fatt li t-terna arbitrali kienet kollha femminili – l-ewwel darba fl-istorja meta team Malti kien involut f’kompetizzjoni Ewropea, waqt li r-referee Ukrena Kateryna Monzul ftit tal-ġimgħat ilu kkontrollat il-finali tal-Kampjonati  Ewropej ta-Nisa bejn l-Ingilterra u l-Ġermanja mirbuħa mill-Ingliżi bl-iskor ta’ 2-1 wara l-ħin barrani.

L-ewwel taqsima kienet ferm kwieta u nieqsa minn kull emozzjoni biż-żewġ timijiet donnhom jibżgħu jirriskjaw u jkunu avventurużi. Dan għalkemm RFS Riga kellhom pussess kemmxejn aħjar minn Hibernians.

Dan sat-42 minuta meta RS Riga rebħu penalty meta r-referee Monzul iġġudikat li Gonzal Lierna Bravo kien waqqa’ lil Petr Mares fil-kaxxa, għalkemm tabilħaqq il-player ta’ Hibernians deher li kien ħa l-ballun. Mill-11-il metru nkariga ruħu l-istess PETR MARES li permezz ta’ xutt ċentrali fil-baxx tefa’ lil-Latvjani fil-vantaġġ.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Hibernians ħarġu ferm aggressive fit-tentattiv ovvju li jġibu l-iskor indaqs u fis-46 minuta Jake Grech wara li qabeż difensur avversarju għal darba darbtejn, għadda tajjeb lejn Gabriel Izquier Artiles li kellu t-tentattiv tiegħu mill-viċin jaħbat max-xibka minn barra biex ta l-illużjoni tal-goal.

Riga wieġbu 10 minuta wara meta Kevin Fresenbichier kellu xutt minn pożizzjoni  ideali li ġie salvat parjzalment bi bravura mill-goalkeeper tal-Pawlisti Ibrahim Kone wara li ntefa’ minn tulu fl-art, biex mir-rebound daħal tajjeb Cedrsic kaussi li kellu t-tentattiv tiegħu salvat għal darb’oħra minn one bil-player tal-Latvjani iżda jwettaq foul fuq Kone fejn dan tal-aħħar deher li weġġa’ xi ftit, waqt li Koafadau safa ammonit mir-referee Monzul. 

Fil-61 minuta, Hibernians, tilfu ċans tad-deheb li jġibu l-iskor indaqs meta Dunstan  Vella indirizza cross-shot fil-kaxxa, b’Ferdinando Apap li iżda ma rnexxielux jagħmel kuntatt mal-ballun bir-ras, bil-ballun jgħaddi sbrixx mal-wieqfa.

Huma komplew fuq l-offensiva u fis-70 minuta rebħu penalty meta minn cross ta’ Jake Grech, l-awtur tal-goal ta’ Riga, Petr Mares, deher imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa, biex ir-referee Monzul kienet pronta u ordnat penaty. Mill-11-il metru nkariga ruħu l-istess JAKE GRECH li ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt ċentrali fil-baxx tefa’ l-ballun fix-xibka.

Kulma jmur kompla d-dominju tal-Pawlisti li erba’ minuti wara Jurgen Degabriele għadda tajjeb lejn Jake Grech li kellu x-xutt mill-ewwel tiegħu mid-distanza jiġi mdawwar f’corner mill-goalkeeper ta’ Riga, Pavels Steinbors.

Iżda kontra x-xejra tal-logħob meta Hibernians kienu qed jipproduċu l-isbaħ logħob, kienu Riga li fit-78 minuta, qalbu l-iskor favurihom meta Emerson Santana kellu xutt b’saħħtu salvat parzjalment minn Ibrahim Kone, biex mir-rebound daħal tajjeb ANDREJ ILIC li mill-viċin tefa’ ġewwa.

RFS Riga ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tielet goal fis-87 minuta b’Hibernians jikkonċedu t-telfa meta ANDREJ ILIC daħal bejn Rodolfo Soares u Ibrahim Kone u mill-viċin tefa’ ġewwa, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali fi spazju ta’ disa’ minuti.

Hibernians: 24-Ibrahim Kone, 3-Ferdinando Apap, 6-Gonzalo Lierna Bravo, 8-Jake Grech, 10-Jurgen Degarbriele, 12-Dunstan Vella, 13-Zachary Grech (11-Bjorn Kristensen 60), 22-Gabriel Izquier Artiles (19-Joseph Zerafa 92), 23-Yurusa Owolabi Muritala, 42-Ali Diakite (17-Gabriel Mensah 85), 88-Rodolfo Soares Coach: Andrea Pisanu

RFS Riga: 12-Pavels Steinbors, 6-Alfusainey Jatta, 9-Emerson Santana, 17-Cedric Kouadia (21-Elvis Stuglis 83), 19-Andrej Ilic, 25-Petr Mares, 28-Stefan Panic, 30-Kevin Fresenbichier (10-Deniss Rakels 90), 43-Ziga Lipuscak, 66-Jovan Vlalukin, 92-Vitalijs Jagodinskis Coach: Viktors Morozs

Referee: Kateryna Monzul (Ukrajna)

Ass. Referees: Maryna Strieltska, Svitlana Grushko (Ukrajna)

Raba’ Uffiċjal: Anastasiya Romanyuk (Ukrajna)

Skorers: P. Mares pen. 43, A. Ilic 78, 87 (R), J. Grech pen. 71 (H)

Ammoniti: Z. Grech, D. Vella (H), P. Mares, C. Kouadio, A. Jatta, J. Vlalukin (R)

Ekonomija

Sport