Wednesday, September 10, 2025

Tintemm l-avventura ta’ Nuno Espirito Santo ma’ Nottingham Forest, Postecoglou jinħatar minfloku

Aqra wkoll

Nottingham Forest ħabbru li qatgħu r-relazzjonijiet mal-kowċ Nuno Espírito Santo wara biss tliet logħbiet fil-Premier League 2025-26. Fi stqarrija uffiċjali, il-klabb qal li Nuno nħeles mid-dmirijiet tiegħu wara ċ-ċirkustanzi riċenti, u rringrazzjawh għall-kontribuzzjoni tiegħu fi żmien ta’ suċċessi sinjifikanti fil-City Ground.

Espirito Santo għandu 51 sena u kien ilu fil-kariga sa mis-sena 2023. Fil-passat hu kien mexxa wkoll lil Rio Ave, Valencia, Porto, Wolves, Tottenham Hotspur u Al Ittihad.

Sadanittant se jkun l-eks kowċ ta’ Tottenham Hotspur Ange Postecoglou li se joħodlu postu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport