Saturday, December 28, 2024

Tinżamm arrestata fuq ksur ta’ ordnijiet.. kienet ilha ma’ tiffirma minn Jannar

Aqra wkoll

Graziella Debono ta’ ħamsa u erbgħin sena nżammet arrestata fuq ksur ta’ ordinijiet mill-Qorti.

Hija wieġbet mhux ħatja għal akkużi miġjuba kontriha.

Fil-Qorti nstema’ kif l-akkużata kellha ordnijiet minn żewġ Maġistrati sabiex tiffirma f’żewġ bail books u ħareġ li hi kienet ilha ma tagħmel dan minn Jannar ta’ din is-sena.

Ħareġ ukoll kif hija ma kinitx infurmat lill-Pulizija li kellha indirizz il-Għargħur minkejja li kienet ġiet ordnata mill-Qorti biex tagħmel dan.

Intant, instema’ wkoll fis-sittax ta’ Diċembru li għadda, il-Pulizija marret fuq il-post u arrestatha wara li daħlitilha informazzjoni li l-imputata kienet f’ħanut li jaqta’ x-xagħar fil-Fgura.

Id-difiża tal-imputata ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest, u għalhekk inżammet taħt arrest.

Ekonomija

Sport