Mara ta’ 56 sena residenti Ħaż-Żabbar tressqet il-Qorti mixlija b’serq ta’ oġġetti minn dar ta’ anzjani li kienet taħdem għalihom.
L-imputata ġiet mixlija li serqet flus kontani, credit cards u ġojjelli minn dar ta’ tliet anzjani, liema każ imur lura għall-2022.
Id-Difiża mmexxija mill-Avukat Nicholas Mifsud għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest, bil-Prosekuzzjoni toġġezzjona minħabba biża’ ta’ ntralċ ta’ provi.
Quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima, l-imputata wieġbet mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha iżda baqgħet tinżamm taħt arrest preventiv.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Gabriel Kitcher flimkien mal-Avukat Brandon Bonnici mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.