Sunday, February 2, 2025

Tinżamm arrestata t-tfajla mixlija li kkaġunat ġrieħi gravi lis-sieħeb

Aqra wkoll

Tfajla ta’ 22 sena residenti Wied il-Għajn baqgħet miżmuma taħt arrest wara li ressqet l-Qorti mixlija li kkaġunat xi ġrieħi lis-sieħeb tagħha, bil-konsegwenza li dan sofra minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Quddiem il-Maġistrat Noel Bartolo, l-imputata li isimha ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti minħabba l-prottezzjoni kemm tal-ġuvni, kif ukoll ta’ bintha li għandha inqas minn 7 snin, wieġbet li mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Antonello Magri spjegat li meta l-pulizija marru fuq il-post fi Triq il-Gardiel sabu lil oħt l-akkużata tistenna isfel. Ingħad li meta dawn l-Pulzija telgħu fl-appartament, sabu lit-tfajla b’sikkina f’idha u ħafna taqtir ta’ dmija fl-art.

Ingħad li minħabba li t-tfajla bdiet tirreżisti, il-Pulziija kellhom jużaw it-taser qabel arrestawha. Meta kienet mitkellma mill-Pulizja, it-tfajla qalet li seħħ argument bejnha u bejn is-sieħeb tagħha dwar ir-relazzjoni tagħhom u li allegatamen laqtet lis-sieħeb b’furketta.

Min-naħa tagħha, id-Difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrestt, liema talba ġiet oġġezzjonata mill-Maġistrat Bartolo u kien għalhekk li t-tfajla nżammet arresttata.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport