Tetiana Adilova ta’ 53 sena minn Bukarest ġiet akkużata quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana li ħarqet garaxx fl-Imġarr.
Il-Prosekuzzjoni qalet li l-mara tbati minn problemi ta’ saħħa mentali fejn kellha tittieħed l-IsptarMonte Carmeli biex tingħata l-kura. Il-Pulizija qalu li huma arrestaw lill-mara waqt li kienet l-isptar stess u dan wara li ġiet dentifikata minn filmati tas-sigurtà li hemm fiż-żona fejn seħħ il-każ.
Ir-Rumena li fil-Qorti qalet li bħalissa qiegħda tgħix f’lukanda f’Ta’ Sliema wieġbet mhux ħatja tal-akkużi kontriha.
Il-Qorti qalet li se tkun qiegħda tagħti rakomandazzjoni lid-Direttur tal-Ħabs biex Adilova tinżamm arrestata fit-taqsima Forensika fl-Isptar Monte Carmeli biex b’hekk tibqa’ tiġi segwita mill-professjonisti. Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.