Saturday, July 20, 2024

Tinżamm arrestata wara li ffrodat b’€24,000 permezz ta’ kuntratti foloz

Aqra wkoll

Mara ta’ 45 sena residenti San Ġiljan inżammmet arrestata, wara li tressqet il-Qorti, mixlija li allegatament iffrodat b’€24,000, permezz ta’ kuntratti foloz fuq proprjetajiet.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mmill-Ispetturi Clayton Camilleri u Joseph Mallia spjegaw li huwa waslu għall-akkużata minn investigazzjoni illi għamlu, hekk kif irċivew numru sostanzjali ta’ rapporti.

Fil-Qorti, il-Pulizija spjegat li l-imputata allegatament kienet qed titlob depożitu mingħand min jikri mingħandha, liema propjetajiet li kienet qed tgħid li se tikri, ma kinux tagħha.

Il-Pulizija qalet ukoll li huma rċivew total ta’ 25 rapport, li lkoll juru li l-ammont ta’ depożitu li rnexxielha tieħu mingħand in-nies kien ajmmonta għal xejn inqas minn €24,000.

Ingħad li meta l-akkużata saret taf li qegħdin isiru xi rapporti fuqha, din min jedda ddeċidiet li tirritorna mas-€6,000. Kien hawn fejn il-Pulizija, irrimarkat li wara diversi tfittxijiet, huma waslu għall-arrest tal-mara f’Għawdex.

Fil-Qorti, id-Difiża mmexxija mill-avukat Daniel Attard, qalet li f’dan l-istadju tal-proċedura mhux qed tagħmel talba għall-ħelsien mill-arrest. Kien għalhekk li l-Qorti mmexxija mill-Maġistrat Jean Paul Grech, ħadet id-deċiżjoni li l-mara se tinżamm arrestata fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport