Thursday, December 26, 2024

Tinżamm arrestata wara li heddet pulizija b’sikkina

Aqra wkoll

Mara ta’ 39 sena mill-Arabja Sawdija baqgħet tinżamm arrestata wara li tressqet il-Qorti fejn ġiet akkużata li heddet uffiċjal tal-pulizija b’sikkina, li m’obdietx l-ordinijiet tal-uffiċjali tal-Korp, kif ukoll li kellha sikkina mingħajr liċenzja.

Mona Ibrahim Mahmux fil-Qorti qalet li għalkemm tgħix f’Malta s’issa m’għadhiex indirizz fiss fejn tgħix.

Il-prosekuzzjonijiet qalet fil-Qorti li l-Pulizija lbieraħ marru fi triq fil-Marsa wara li daħal rapport li kien hemm raġel li kien qiegħed jagħmel l-istorbju.

Hekk kif l-uffiċjali waslu fuq il-post, ħabbtu l-bieb ta’ barra u fetħet l-akkużata li dehret eċitata ħafna. Minkejja li pprovaw ikellmuha bil-kelma t-tajba biex jaraw x’ġara eżatt, ftit wara daħlet ‘il ġewwa u ġabet sikkina minn fuq is-sufan u bdiet ixxejjirha lejn il-Pulizija.

L-akkużata filwaqt li wieġbet mhux ħatja tal-akkużi l-avukat difensur Joseph Bonnici qal li kellha s-sikkina biex tiddefendi lilha nnifisha mir-raġel tagħha li aktar qabel kien qed jagħel għalija. Hu allegatament heddidha li joqtolha.

Il-Qorti qalet li qed tiċħad it-talba minħabba biża’ li titkellem max-xhiedha u anke ma toffri l-ebda garanzija meħtieġa li tibqa’ f’Malta.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Elisia Scicluna.

Ekonomija

Sport