Sunday, December 22, 2024

Tinżamm stabbli r-rata tal-inflazzjoni minn Frar 2023 għal Marzu li għadda

Aqra wkoll

L-Indiċi tal-Prezzijiet bl-Imnut (RPI) li jkejjel ix-xejra fl-għoli tal-prezzijiet, irriżultat li kienet 6.95% fix-xahar ta’ Marzu li għadda. Dan ifisser li kienet inqas minn dik irreġistrata fi Frar ta’ din is-sena — rata ta’ 7.11%.

Min-naħa l-oħra, ir-rata ta’ Marzu 2023 turi żieda ċkejkna għar-rata medja annwali fuq it-12-il xahar għal Marzu li kienet ta’ 6.85%.

L-akbar kategorija li rat żieda fil-prezzijiet kienet dik tal-oġġetti tal-ikel.

Dan ħareġ minn stħarriġ li sar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.

Ekonomija

Sport