Monday, November 4, 2024

Tinżel għal 6.4% ir-rata ta’ inflazzjoni fix-xahar ta’ April

Aqra wkoll

Matul ix-xahar li għadda, ir-rata annwali ta’ inflazzjoni kienet ta’ 6.4%. Dan kollu jfisser li meta kkumparat max-xahar ta’ Marzu, kien hemm tnaqqis ta’ 0.7 punti perċentwali.

Din l-informazzjoni ħarġet mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika, li wera li l-inqas rati ta’ inflazzjoni annwaliġew irreġistrati fil-perezzijiet tal-komunikazzjoni, fiż-żraben u fil-prezzijiet tal-ħwejjeġ.

Dan filwaqt li l-ogħla rati tal-inflazzjoni annwali fix-xahar ta’ April ġew irreġistrati fl-indiċi tal-ikel u x-xorb mhux alkoħoliku u kif ukoll fil-manutenzjoni u tagħmir tad-dar.

L-NSO qalet ukoll li kien hemm żieda ta’ 1.99 punti perċentwali fl-indiċi tal-ikel u xorb mhux alkoħoliku. Dan hekk kif kien hemm żiedafil-prezzijiet tal-bajd, tal-ġobon u tal-ħalib.

Sport