Thursday, November 14, 2024

Tippreżenta pins b’simbolu tal-kampanja ‘Blue Heart’ lill-Ispeaker tal-Parlament u liż-żewg Whips tal-gruppi parlamentari

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rosianne Cutajar ippreżentat lill-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia u lill-Whips Glenn Bedingfield u Robert Cutajar pins b’simbolu tal-kampanja ‘Blue Heart’ kontra t-traffikar tal-persuni.

Is-Segretarju Parlamentari saħqet li, “flimkien bħala politiċi, għandna nkunu minn ta’ quddiem biex niġġieldu dan ir-reat u nkunu ta’ eżempju.” Hija appellat biex jintlibsu dawn il-pins sabiex jitqajjem l-għarfien neċessarju dwar it-traffikar uman.


Malta ssieħbet uffiċjalment fil-‘Blue Heart Campaign’ fit-23 ta’ Lulju – kampanja internazzjonali li tqajjem kuxjenza biex intejbu l-isforzi globali fil-ġlieda tagħna sabiex nipprevjenu t-traffikar tal-persuni u l-impatt ta’ dan il-fenomenu fuq is-soċjetà.

‘Blue Heart’ qed issir iktar magħrufa ukoll bħala s-simbolu kontra t-traffikar tal-persuni, fejn fuq naħa tirrapreżenta s-sofferenza tal-persuni traffikati, u fuq in-naħa l-oħra l-qalb kiefra tat-traffikanti.

Ekonomija

Sport