It-tiratura, Adriana Ruano, rebħet il-midalja tad-deheb fit-Trap tan-nisa, li jfisser, li kisbet l-ewwel midalja tad-deheb għal pajjiżha. Dan wara li injury fis-sinsla ta’ dahra, fl-2011, temmet il-ħolma tagħha Olimpika bħala ġinnasta.
Wara li sarulha bosta operazzjonijiet minħabba li kellha sitt vertebri miksura, fl-2016, hija bdiet tipprattika l-isport tal-isparar … fejn irnexxielha fil-massimu tagħha.
Aktar milli rebħet il-midalja tad-deheb hija rreġistrat rekord Olimpiku fejn laqtet 45 plattin minn 50.
Fit-tieni post spiċċat it-Taljana, Silvana Stanco (40), segwita mill-Awstraljana, Penny Smith (32).