Sunday, November 10, 2024

Tirċievi aktar minn €1,500 fix-xahar talli tgħannaq u tfissed lill-klijenti

Aqra wkoll

Mara f’Londra żvelat kif tirċievi aktar minn €1,500 fix-xahar billi tgħannaq u tfissed persuni barranin.

Kristiina Link ta’ 30 sena taħdem bħala terapista tat-tgħanniq bħala professjoni biċ-ċertifikat u għalhekk titħallas talli tgħannaq lil dawk li jħossuhom waħidhom jew maħkumin mis-solitudni.

Fost servizzi oħra li tagħti, il-mara żżomm idejn il-klijenti, tmellsilhom xagħarhom u tfissidhom għal perjodu ta’ ħin li jtawwal sa tliet sigħat. Kull sessjoni magħha tiswa madwar €150. Dawk li jagħżlu li jieħdu l-massimu ta’ tliet sigħat jingħataw skont speċjali.

It-terapista tħarrġet dwar dawn il-metodi wara li temmet relazzjoni bil-ħsieb li tegħleb is-solitudni hi stess, iżda maż-żmien innutat kemm hawn persuni li lesti jħallsu għal dan is-servizz.

Il-maġġoranza tal-klijenti tagħha ma jkunux f’relazzjoni għalkemm ammettiet li hemm dawk li jmorru biex jitgħannqu għax is-sieħba tagħhom ma tkun tħobb titgħannaq b’dan il-mod.

Il-mara tispjega skont studji maħruġa kull tgħanniqa jeħtieġ li ddum mill-anqas 20 sekonda biex ikollha effett sħiħ, iżda normalment in-nies ma jdumux daqstant.

Illum il-ġurnata, Kristiina ilha tagħmel dan ix-xogħol għal tliet snin u tinsab f’relazzjoni ma’ raġel ta’ 44 sena.

Sport