Sunday, November 24, 2024

Tirritorna l-UCL bit-tielet ġurnata tal-Fażi tal-Kampjonat

Aqra wkoll

Meta llum u għada tintlagħab it-tielet ġurnata tal-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Champions League, l-aktar żewġ partiti interessanti huma taż-żewġ timijiet Spanjoli, Real Madrid u Barcelona, li jaffrontaw lill-Ġermaniżi, Borussia Dortmund u lil Bayern Munich rispettivament.  

Real Madrid v Borussia Dortmund – Bla dubju, din se tkun ir-ripetizzjoni tal-finali tal-istaġun li għadda fejn il-Madrileni kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0. 

Bħalissa Borussia Dortmund jinsabu fil-quċċata tal-klassifika ta’ dan il-kampjonat  b’żewġ reb­ħiet fuq Club Brugge (3-0) u Celtic (7-1) filwaqt li Real Madrid għelbu lil Stuttgart (3-1) u tilfu kontra Lille      (1-0) liema telfa ġabet fit- tmiem rekord ta’ 17-il xahar bla megħluba fl-Ewropa  

Il-Madrileni se jkunu mingħajr Dani Carvajal, Da­­vid Alaba u  Brahim Diaz li jinsabu mweġġgħin filwaqt li ma jistgħux jinkludu lil Julien Duranvil­le, Giovanni Reyna u lil Yan Couto għall-istess raġuni. 

Barcelona v Bayern Mu­­nich – Dan il-konfront għandu jkun l-aqwa wieħed hekk kif iż-żewġ timijiet ġejjin minn forma brillanti fil-kampjonat domestiku. 

Filwaqt li Barcelona reb­ħu lil Sevilla 5-1, Bayern għelbu lil Stuttgart 4-0. 

Barra minn hekk, din għandha tkun sfida bejn iż-żewġ skorers prolifiċi, Ro­bert Lewandowski u Harry Kane. 

Iż-żewġ timijiet għandhom tliet punti kull wieħed wara rebħa u telfa. 

Il-Katalani tilfu kontra Monaco (2-1) u rebħu lil Young Boys (5-1) filwaqt li l-Bavarjani għelbu lil Dinamo Zagreb (9-2) iżda tilfu kontra Aston Villa (1-0).   

Milan v Club Brugge – Milan jilqgħu lil Club Brugge hekk kif għadhom qed ifittxu l-ewwel punti ta’ dan il-kampjonat wara  żewġ telfiet kontra Liverpool (3-1) u Bayer Leverku­sen (1-0). 

Min-naħa l-oħra Club Brugge bdew b’telfa ta’ 3-0 kontra Borussia Dortmund iżda għelbu lil Sturm Graz (1-0). 

Ir-Rossoneri għandhom lil Ismael Bennacer u Davide Calabria neqsin min­ħabba injury.

Arsenal v Shakhtar Do­netsk – Arsenal jospitaw lil Shakhtar Donetsk fejn jimmiraw li jkomplu jibnu fuq ir-rebħa kontra Paris SG  (2-0) wara li kienu spiċċaw fi draw ta’ 0-0 kontra Atalanta. 

Shakhtar għan­dhom punt wieħed, fi draw ta’ mingħajr goals kontra Bologna qabel telfa ta’ 3-0 kontra Atalanta.

Bukayo Saka u Kai Ha­vertz jinsabu dubjużi.

Juventus v Stuttgart – Juventus jimmiraw li jirreġistraw it-tielet rebħa minn daqstant logħbiet meta f’darhom jilagħbu kontra Suttgart.  

Huma ġejjin minn żewġ rebħiet fuq PSV Eindhoven (3-1) u Leipzig (3-2). 

Min-naħat ta’ Stuttgart, dawn tilfu kontra Real Madrid (3-1) u spiċċaw fi draw kontra Sparta Prague (1-1). 

Il-Bianconeri se jkol­lhom jgħaddu mingħajr l-imweġġgħin Weston Mc­Kennie u Teun Koopmei­ners.

Man City v Sparta Pra­gue – Dan huwa konfront bejn żewġ timijiet li għandhom mhux megħluba hekk kif għandhom erba’ punti kull … b’rebħa u draw. 

Manchester City spiċċaw fi draw kontra Inter (1-1) f’darhom iżda għelbu lil Slovan Bratislava (4-0) barra minn darhom. 

Min-naħa ta’ Sparta Pra­gue, dawn għelbu lil Salzburg (1-0) u ġew miżmuma fi draw minn Stuttgart (1-1).

Is-City għandhom lil Rodri u Kevin De Bruyne neqsin minħabba injury.

Leipzig v Liverpool – Leipzig jilqgħu lil Liverpool fejn jimmiraw li jiksbu l-ewwel punti wara żewġ telfiet … kontra Atle­tico Madrid (3-2) u Juventus (3-1). 

Min-naħa ta’ Liverpool, dawn ġejjin minn żewġ reb­­ħiet, inċidentalment kon­tra t-timijiet Taljani, Mi­­lan (3-1) u Bologna (2-0).

Bħalissa Liverpool jinsabu għaddejjin minn forma tajba hekk kif jinsabu fil-quċċata tal-Premier Lea­gue.  

Ir-Reds ma jistgħux jinkludu lill-goalkeeper Alisson Becker, Federico Chiesa u Harvey Elliot, minħabba li qed jirkupraw minn injury filwaqt li Alexis Mac Allister jinsab dubjuż.

Young Boys v Inter – Inter imorru jilagħbu għand iċ-champions tal-Isvizzera, Young Boys. 

Dawn tal-aħħar ġejjin minn żewġ telfiet – kontra Aston Villa (3-0) u Barcelona (5-0) u għaldaqstant din se tkun partita oħra diffiċli għalihom. 

Min-naħa ta’ Inter, dawn ġejjin minn draw ta’ 0-0 kontr Manchester City u reb­ħa ta’ 4-0 fuq Red Star. 

Sport