Wara li f’nofs il-ġimgħa kien hemm it-tkeċċija tal-kowċ Daniele de Rossi, AS Roma ħabbru li anke l-amministrattriċi Lina Souloukou irriżenjat mill-kariga. Din tal-aħħar hi diriġenta Griega li ħafna qalu li kienet influwenti fid-deċiżjoni dwar De Rossi.
Souloukou ġiet mhedda minn xi partitarji ta’ Roma fejn ħin minnhom kienet qed tiġi mgħajra quddiem uliedha ta’ tlieta u tmien snin. Huwa għalhekk li għalissa hi se tkun qed tiġi skortata sakemm titlaq mill-Italja u tmur lura f’pajjiżha.