Wednesday, April 24, 2024

Tisħiħ ulterjuri fil-pjanijiet ta’ kontiġenza fil-qasam tad-djar tal-anzjani

Aqra wkoll

14,500 swab test fi tliet xhur fid-djar tal-anzjani

Fid-dawl tas-sitwazzjoni f’pajjiżna, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali flimkien mal Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità ilhom minn Marzu 2020 jikkonsultaw u jikkollaboraw mal Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika bl-għan li jidħlu fis-seħħ il-miżuri u l-protokolli meħtieġa għar residenzi tal-anzjani. 

Apparti l-miżuri ta’ prevenzjoni li ilhom jitħabbru sa minn Marzu li għadda u l-protokolli li ħarġu ftit  jiem ilu, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali baqgħet xorta twettaq l-ispezzjonijiet meħtieġa  f’dawn id-djar. Fil-fatt, minn Jannar sa Settembru 2020 l-Awtorità wettqet 1,012-il spezzjoni  f’residenzi tal-anzjani. Tali infurzar u visti ta’ moniteraġġ se jibqgħu jsiru bl-għan li jiġi żgurat li l-protokolli maħruġa u l-istandards meħtieġa jkunu qed jiġu segwiti. 

Minn Ġunju sal-lum saru wkoll iżjed minn 14,500 swab fid-djar tal-anzjani, kemm għar-residenti, kif  ukoll għall-istaff. Dawn ukoll se jkomplu jsiru bħala miżura preventiva. 

F’termini ta’ tisħiħ fit-trażżin tal-imxija, li hemm ippjanat li jsir huwa li, la darba jiġi identifikat każ  pożittiv ġdid, ir-resident pożittiv se jkun qiegħed jintbagħat l-isptar Pawlu Boffa jew St Thomas  Hospital bħala miżura interim, jew Mater Dei skont il-kundizzjoni medika wara li jiġi eżaminat minn  tabib. Din il-miżura se tidħol fis-seħħ fl-eventwalità li jkun hemm każ pożittiv f’dar residenzjali li  fiha bħalissa m’hemmx każijiet pożittivi. Il-miżuri ta’ trasferiment tar-residenti pożittivi minn dar tal-anzjani se jkunu qed isiru permezz ta’ protokoll approvat 

Fir-rigward ta’ Dar San Ġużepp, ir-residenti li huma pożittivi jew li huma fi kwarantina se jkunu qed  jibqgħu f’din id-dar u se jkunu qed jibqgħu jieħdu l-kura kollha meħtieġa. Ir-residenti li huma  negattivi se jkunu qed jimxu għal Casal Nuovo. Din id-dar se tkopri diversi sodod permezz tal liċenzja ta’ Emerġenza mill-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali. Il-kumplament tas-sodod se  jkunu qed jiġu pprovduti mill-isptar St James. Dawn ir-residenti se jkunu qegħdin fi kwarantina  preventiva u se jiġu ttestjati kull tlett ijiem. Il-linji gwida tar-rilokazzjoni tar-residenti se jkunu qed  jiġu segwiti.

Sport