Manchester United ħadu daqqa ta’ ħarta kbira fit-tentattiv li jiffirmaw lill-midfielder internazzjonali Olandiż ta’ Barcelona, Frenkie De Jong, minħabba li l-offerta tagħhom skadiet it-Tnejn wara nofsinhar.
Huma kienu laħqu ftehim mal-Katalani għal somma ta’ €70 miljun iżda l-player ta’ 25 sena qatt ma wera x-xewqa li jmur jilgħab f’Old Trafford … u biż-żmien għaddej issa l-offerta ma baqgħetx fis-seħħ.
Din tagħmel lil Chelsea favoriti li jiksbu l-firma ta’ De Jong jekk kemm-il darba jiddeċiedi li jitlaq min-Nou Camp.