Wednesday, November 20, 2024

Tislima emozzjonali minn Gerard Pique fl-aħħar logħba tiegħu għal Barcelona

Aqra wkoll

Is-Sibt li għadda, Gerard Pique lagħab l-aħħar logħba bil-flokk ta’ Barcelona hekk kif il-Katalani għelbu lil Almeria bl-bl-iskor ta’ 2-0.

Huwa ġie sostitwit għaxar minuti mit-tmiem fejn ingħata ovazzjoni tremenda mill-partitarji.

Din l-okkażjoni kellha impatt kbir fuq Pique li deher kommoss għall-aħħar hekk kif ma’ dan it-team rebaħ kull unur li toffri l-logħba tal-football.

Wara l-partita, dan il-player ta’ 35 sena li huwa meqjus bħala wieħed mill-akbar leġġendi tal-club tal-era moderna, reġa’ sellem u indirizza lid-90,000 partitarju li attendew għal din il-partita.

“L-ewwelnett, grazzi. Lil-kollegi tiegħi kollha, lill-istaff, lill-coaches. Lil dawk kollha li jgħinuna kuljum biex nagħmlu kollox aktar faċli,” qal Pique.

“Grazzi lill-bord għal dawn is-snin kollha. Fil-ħajja, meta tixjieħ, kultant trid titlaq.

“Inħobb ħafna lil dan il-club. Huwa għalhekk li nqis li huwa l-mument it-tajjeb biex nitlaq. Relazzjoni ta’ tant mħabba, ta’ tant passjoni, naħseb li kien wasal iż-żmien li nħallu l-ispazju … u konvint li fil- il-futur ser inkun hawn mill-ġdid.

“Din mhux addio … tlaqt snin ilu u mbagħad ġejt lura. Twelidt hawn u se mmut hawn.”

Iggradwat mill-akkademja La Masia tal-club, Pique ħalla lill-Barca għal perjodu qasir ma’ Manchester United qabel ma rritorna fl-2008.

Huwa għamel 616-il dehra għall-Katalni, skorja aktar minn 50 goal u minbarra l-bosta unuri, huwa għen lit-team jirbaħ tliet darbiet il-UEFA Champions League.

Sport