Sunday, September 21, 2025

Tisraq b’€392 fi fwejjaħ mill-ajruport

Aqra wkoll

Mara ta’ 33 sena mit-Tanzanija baqgħet tinżamm taħt arrest preventiv wara li ammettiet li serqet fwejjaħ mid-duty free tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. 

Nyasizo Jones Magouri, li taħdem bħala amministratur, tressqet fil-Qorti fejn ġiet mixlija b’serq ta’ fwejjaħ li l-valur komplessiv tagħhom jammonta għal €392. Il-każ seħħ il-Ħadd li għadda, bl-imputata tħallas lura l-ammont imsemmi waqt is-seduta tal-bieraħ.

Il-Qorti semgħet kif filwaqt li l-fwejjaħ ġew irritornati, b’danakollu ma jistgħux jinbiegħu mill-ġdid peress li kienu tneħħew mill-kaxxa tagħhom. 

Il-mara ammettiet għall-akkużi miġjuba kontriha, id-Difiża titlob li hija tingħata sentenza sospiża anke minħabba li għandha fedina penali nett.

Il-Qorti se tkun qiegħa tagħti s-sentenza tagħha fl-10 ta’ Settembru.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Miryea Mifsud mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali flimkien mal-Ispettur Roxanne Tabone. L-Avukat Martin Farrugia deher għal Magouri.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport