Friday, September 20, 2024

Tissejjaħ l-iskwadra Ingliża

Aqra wkoll

Il-manager tal-Ingilterra, Gareth Southgate, ħalla barra lid-difensur Kyle Walker u lill-attakkanti, Marcus Rashford u Jadon Sancho, għall-partiti ta’ ħbiberija kontra l-Isvizzera u l-Ivory Coast fis-26 u fid-29 ta’ Marzu, it-tnejn f’Wembley.

Issejjaħ għall-ewwel darba d-difensur ta’ Crystal Palace, Marc Guehi, waqt li ssej­ħu lura Conor Gallagher tal-Palace wkoll u l-goalkeeoer Nick Pope ta’ Burnley.

L-iskwadra kollha ta’ Southgate hija:

Goalkeepers: Nick Pope, Jordan Pickford, Aaron Ramsdale.

Difensuri: Trent Alexander-Arnold, Conor Coady, Marc Guehi, Reece James, Harry Maguire, Tyrone Mings, Luke Shaw, John Stones, Ben White.

Midfielders: Jude Bellingham, Conor Gallagher, Jordan Henderson, Mason Mount, Declan Rice, James Ward-Prowse.

Attakkanti: Tammy Abraham, Phil Foden, Jack Grealish, Harry Kane, Bukayo Saka, Emile Smith Rowe, Raheem Sterling.

Sport