Matul il-lejl li għadda, il-ħaddiema tal-Enemalta baqgħu għaddejjin bil-ħidma tagħhom sabiex il-cables fil-Mellieħa li ġarrbu ħsarat ilbieraħ filgħodu jerġgħu lura għan-normal.
Dawn il-cables ta’ vultaġġ għoli ntlaqtu minn kuntrattur li kien qed jagħmel xogħol għal terzi.
Wara ftit sigħat, ingħatat lura l-provvista tal-elettriku mill-inġiniera, però, sfortunatament matul it-tiswijiet li saru mal-ġurnata u mal-lejl kien hemm xi żoni f’Għawdex li baqgħu affettwati b’dan l-inkonvenjent.