Thursday, December 26, 2024

Tissokta l-instabbiltà fl-Iżvezja wara allegat ħruq ta’ Koran

Aqra wkoll

L-instabbiltà ġewwa nu­mru ta’ bliet fl-Iżvezja kompliet fl-aħħar sigħat hekk kif kien hemm rapporti ta’ tliet persuni li sofrew ġrieħi fil-belt ta’ Norrköping meta l-pulizija sparaw tiri ta’ twissija. Dawn id-dimostrazzjonijiet jidher li żvolġew wara allegatament ħruq ta’ Koran minn grupp lemini estrem li huwa kontra l-immigranti. 

F’dawn id-dimostrazzjonijiet kien hemm numru ta’ vetturi li ġarrbu ħsarat filwaqt li madwar 17-il persuna ġew arrestati mill-pulizija. Fid-dawl ta’ dak li seħħ, il-gvernijiet tal-Iran u l-Iraq sejħu lura d-diplomatiċi tagħhom mill-Iżvezja bħala protesta.

Il-grupp estremista Da­niż-Żvediż Rasmus Paludan – li jmexxi l-moviment Stram Kurs – qal li huma ħarqu l-iktar ktieb sagru tal-Iżlam u lesti li jerġgħu jirrepetu din l-azzjoni. 

Ekonomija

Sport