Fil-jiem li għaddew, issokta l-proċess ta’ konsultazzjoni b’rabta mal-proġett tal-White Rocks.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rebecca Buttigieg qalet li ħadet gost tisma’ mir-residenti tal-akwati dwar dak li jixtiequ jaraw jitwettaq f’dan il-proġett.
“Kellna suġġerimenti li jmorru minn dog park għal basketball courts u rajna però illi t-tema prinċipali kienet li jridu post fejn jiltaqgħu u jkollna sens ta’ komunità u allura issa dawn is-suġġerimenti se niġborhom sabiex inkun nista’ ngħaddihom bħala parti uffiċjali mill-konsultazzjoni pubblika dwar dan il-proġett ta’ spazju miftuħ fil-White Rocks,” qalet is-Segretarju Parlamentari Buttigieg.
Hija rringrazzjat ukoll lill-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli talli attendiet u qasmet il-ħsibijiet tagħha ma’ dawk preżenti.

